Illejla fit-8:15pm fuq Net Television se jibda jixxandar programm ġdid, “Il-Fatt”, programm ta’ diskussjoni politika li se jibda jixxandar kull ġimgħa matul l-istaġun tas-sajf. Il-Programm se jkun preżentat minn Louise Tedesco.
Illejla fl-ewwel programm se jkun diskuss l-iskandlu “Gaffarena, Zammit, Kastilja” u l-mistieden fl-istudio se jkun l-Avukat Roberto Mantalto. Il-programm se jkollu wkoll diversi interventi minn opinjonisti. Illejla se jiehdu sehem ukoll Andrew Borg Cardona u Gejtu Vella.
“Il-Fatt”, kull nhar ta’ Ġimgħa, fit-8:15pm fuq Net Television.