Lokali

AĠĠORNAMENT: inċident ieħor bil-mutur

Għall-ħabta tal-11:15am seħħ inċident ikrah bejn karozza u mutur fi Triq il-Mina ta’ Hompesch Ħaż-Żabbar.

Fil-ħabta kienu nvoluti karzza tat-tip Volkswagen Polo misjuqa minn ġuvni ta’ 19-il sena mix-Xgħajra u mutur Honda XL misjuq minn raġel ta’ 45 sena minn Ħaż-Żabbar.

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei iżda sofra biss minn ġrieħi ħfief.

Għal xi ħin it-triq kienet magħluqa għat-traffiku.