In-negozjati dwar il-futur tal-Libja reġgħu bdew fil-Marokk, taħt il-patroċinju tan-Nazzjonijiet Uniti, bil-proċess isir minkejja n-nuqqas tal-awtoritajiet ta’ Tripli.
Il-Gvern fi Tripli, li hu r-rivali tal-Gvern leġittimu Libjan f’Tobruk, ma jidhirx ħerqan li jiffirma l-aħħar ftehim propost għat-twaqqif ta’ Gvern Libjan għall-għaqda nazzjonali, kif ukoll biex isiru l-elezzjonijiet fil-Libja.
Il-Gvern ta’ Tripli qal li r-rappreżentanti li qed jinnegozjaw f’ismu fit-taħditiet ta’ paċi pposponew ir-ritorn tagħhom fil-belt Marokkina fejn qed isiru n-negozjati.
Il-posponiment jidher li hu effettiv sal-ġimgħa d-dieħla, meta l-Gvern fi Tripli qed ikompli bil-konsultazzjoni dwar l-aħħar abbozz ta’ ftehim għall-paċi mressaq min-Nazzjonijiet Uniti.
//= $special ?>