Illejla ingħata bidu għall-Maratona Ġbir ta’ Fondi b’risq id-Dar tal-Providenza.
Din is-sena wkoll, din il-Maratona mistennija tkun espressjoni oħra ta’ solidarjetà mill-poplu Malti u Għawdxi mal-persuni b’abbiltajiet differenti, iżda li jeħtieġu assistenza fis-soċjetà.
Il-voluntiera li jipparteċipaw f’din il-Maratona juru impenn personali u grazzi għal dan, jibbenefikaw ir-residenti tad-Dar tal-Providenza.
Għal sena oħra, dawn it-tlett ijiem impenjattivi huma fuq kollox ta’ sodisfazzjon għax fi tmiemha se tkun ingħatat kontribuzzjoni qawwija oħra għal Dar li tagħmel biss ġid fil-komunità u li timla’ vojt bl-għajnuna lill-persuni li għandhom post mill-aktar importanti fis-soċjetà.
//= $special ?>