Lokali

Jirriżenja il-Kap Eżekuttiv tal-Mimcol

Vincent Mifsud, il-Kap Eżekuttiv tal-Mimcol, irriżenja mill-kariga tiegħu.

Il-ġurnal TIMES OF MALTA qed jirrapporta li Mifsud bagħat l-ittra tar-riżenja minħabba nuqqas ta’ qbil rigward il-policy ta’ reklutaġġ.

Vincent Mifsud qed jiġi rappurtat jgħid li l-pożizzjoni tiegħu mhix aktar tenibbli minħabba li ċertu deċiżjonijiet kienu qed jittieħdu minn wara dahru.

Ir-riżenja tal-Kap Eżekuttiv tal-Mimcol seħħet fl-istess perijodu li fih ħarġet l-istorja ta’ impjegat ieħor tal-Mimcol, iż-żagħżugħ ta’ 18-il sena Karl Cutajar. Dan iż-żagħżugħ kien tpoġġa bħala Direttur ta’ kumpanija tal-Gvern, Fort Security, biex eventwalment irriżenja minħabba dak li l-Ministru Chris Cardona sejjaħ “vittimizzazjoni politika”.