Lokali

Muscat jikkonferma kemm għandu rasu iebsa – il-PN

Hekk kif ilbieraħ ġew fi tmiemhom il-laqgħat ta’ Gvern li Jisma’, li kif ġie żvelat minn The Times of Malta, huma biss shows fejn mhux veru n-nies jistgħu jistaqsu dak li jridu, il-Prim Ministru Joseph Muscat kompla jikkonferma kemm hu stinat u għandu ras taż-żonqor.

Dan qalu fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista, fejn sostna wkoll li bid-dikjarazzjoni tiegħu tal-bieraħ, Muscat kompla jagħti x’jifhem li minkejja l-oppożizzjoni qawwija li għandu quddiemu, u minkejja l-akbar protesta ambjentali li qatt saret f’pajjiżna, xorta waħda se jkun qed jeqred iż-Żonqor.

Il-Partit Nazzjonalista nsista li l-ebda parti taż-Żonqor ma tintmiss u dan biex jiġi salvagwardjat l-ambjent taż-żona. Iż-żona kollha diġà hi skedata għal Park Naturali u dan l-impenn għandu jinżamm.

Hi ironija li fl-attività Gvern li Jisma’, Muscat ikkonferma kemm għandu rasu iebsa u ma jismax, temm jgħid il-Partit Nazzjonalista.