L-artist popolari OMI se jkun f’pajjiżna għall-Isle of MTV.
OMI huwa sinonimu mal-kanzunetta popolari ‘Cheerleader’ li hija waħda mid-diski ewlenin tas-Sajf 2015.
Minbarra OMI fl-MTV se jieħdu sehem Jason Derulo, Martin Garrix, Echosmith u Tori Kelly.
Il-kunċert se jsir fuq il-Fosos tal-Furjana nhar it-Tlieta li ġej. L-Isle of MTv se jkun qed isir għad-9 sena konsekuttiva.
//= $special ?>