Lokali

Tissokta l-problema tal-Pitkalija

Din il-ġimgħa wkoll issoktaw il-problemi tal-kaxxi ġewwa l-pitkalija f’Ta’ Qali.

Bdiewa li tkellmu magħna qalulna li din il-problema għadha ma ssolvietx minkejja li fil-gazzetta ‘L-Orizzont’ saħqu li nstabet soluzzjoni.

Ritratti li ttieħdu matul il-ġurnata tal-bieraħ juru biċ-ċar li s-sitwazzjoni baqgħet l-istess mis-sigħat bikrin ta’ filgħodu sa wara nofsinhar. Dan b’detriment għal bosta persuni li kulljum imorru bix-xogħol tagħhom lejn Ta’ Qali.