Lokali

Żejt fit-triq jikkawża problemi għas-sewwieqa

Żejt illi ħareġ fi Triq San Bastjan f’Ħal Qormi ikkawża ammont kbir ta’ traffiku kmieni dalgħodu minħabba li għal ħin twil kellha tingħalaq it-triq kollha.

Mill-informazzjoni li ksibna mill-post jidher li ż-żejt ħareġ minn ħanut tal-ikel fl-istess triq f’Ħal Qormi, li hija arterja prinċipali.

Rapporti oħra indikawlna li kawża tal-istess żejt kien hemm ukoll xi ħabtiet żgħar bejn numru ta’ karozzi.

(Ritratt: Martin Agius)