Ftit tal-ħin ilu t-Tuneżija ddikjarat stat ta’ emerġenza. Dan wara li ftit aktar minn ġimgħa ilu 38 persuna sfaw maqtula f’attakk vjolenti fiċ-ċentru turistiku ta’ Sousse. Attakk li seħħ fis-26 ta’ Ġunju u li ħalla bosta turisti mejta fosthom tlettin Ingliż.
Matul l-aħħar jiem, fl-isfond ta’ dan l-attakki imdemmi minn militant tal-ISIS, spikkat presenza qawwija ta’ sigurta fit-Tuneżija.
Il-President tat-Tuneżija Beji Caid Essebsi huwa mistenni jindirizza lil pajjiż aktar tard.
//= $special ?>