Il-Pulizija fil-Filippini ressqu akkużi ta’ omiċidju fil-konfront tas-sid u l-ekwipaġġ ta’ vapurett li, nhar il-Ħamis, inqaleb ‘il hinn mill-kosta ta’ Leyte, fejn mietu talanqas 56 persuna.
Il-vapurett bl-isem Kim Nirvana kien qed iġorr 173 persuna meta seħħ l-inċident fl-ibħra mqallbin u meta kien wasal qrib il-port ta’ Ormoc. L-awtoritajiet qed jinvestigaw il-kawżi potenzjali għat-traġedja li x’aktarx kienet dovuta għall-iżbalji tal-ekwipaġġ u sitwazzjoni ta’ ffullar żejjed fuq il-vapurett.
Intant, il-proprjetarju ċaħad li ttellgħu aktar nies milli kien jiflaħ jgħabbi l-vapurett, bil-Kaptan tal-istess opra tal-baħar jgħid li l-inċident seħħ minħabba ‘l-mewġ tal-baħar għoli’ u meta l-vapurett kien qed idur. B’kollox hemm 19 il-persuna taħt akkuża fost indikazzjonijiet li se jkunu pproċessati dwar negliġenza ‘b’intenzjoni ta’ qtil’. Jekk jinstabu ħatja huma jistgħu jeħlu sa 40 sena ħabs.
//= $special ?>