Il-Gvern għandu jiżgura li l-pubbliku għandu jingħata kull opportunita’ li jesprimi ruħu u jsemma’ leħnu dwar il-proċess li bih id-direttorat tal-Ambjent se jinfired minn mal-Awtorita’ tal-Ambjent u l-Ippjanar.
Saħqet dan, l-għaqda ambjentali Din l-Art Ħelwa wara li l-bieraħ il-Gvern ippubblika tliet abbozzi ta’ liġi li se jwasslu biex iż-żewġ entitajiet jinqatgħu minn ma’ xulxin.
Din l-Art Ħelwa sostniet li ma jkunx hemm ripetizzjoni ta’ dak li ġara s-sena li għaddiet. Fl-2014, id-dokumenti ta’ konsultazzjoni kienu ippubblikati ġimgħa wara il-laqgħa pubblika u kaġun ta’ hekk, Din l-Art Ħelwa, għaqdiet oħrajn u individwi, ma setgħux jaqraw, jiddiskutu u jħejju mistoqsijiet għal din il-laqgħa pubblika.
Barraminhekk, żmien ta’ konsultazzjoni ta’ tliet ġimgħat kien qasir wisq għal xi ħaġa ta’ importanza daqshekk kbira li se taffetwa l-ambjent u l-iżvilupp għal ħafna snin.
//= $special ?>