Lokali

Donazzjoni mill-APS Bank lill-Malta Community Chest Fund

L-APS Bank ippreżenta donazzjoni ta’ €2,800 lill-Malta Community Chest Fund. Flus miġbura mill-bejgħ ta’ CD tal-Milied u waqt dress-down day li għamlu l-ħaddiema ta’ l-APS.

Id-donazzjoni f’isem l-APS ġiet preżentata mic-Chairman tal-bank Emanuel Delia li esprima l-apprezament tiegħu lill-Malta Community Chest Fund li tgħin individwi u familji fi żmien ta’ bżonn. Huwa saħaq li l-bank jinstab kburi li jgħin għaqda b’valuri li huma simili għal dawk tal-bank.

Ritratt: Frances Micallef