Internazzjonali

Ifittxu għan-neqsin wara li ċediet fabbrika fiċ-Ċina

L-iskwadri għall-emerġenzi qed ifittxu l-ħajjin fl-inħawi lejn il-Lvant taċ-Ċina, fejn, sigħat ilu, kienet ċediet fabbrika taż-żraben.

Fl-inċident, li seħħ fil-belt ta’ Wenling, fil-provinżja ta’ Zhejiang, numru sostanzjali ta’ nies spiċċaw taħt ir-radam, bl-aħħar rapporti jgħidu li talanqas disa’ persuni għadhom irrappurtati nieqsa. Mifhum li ġew salvati ‘l fuq minn 40 ħaddiem, bil-membri tal-iskwadri għat-tifi tan-nirien jgħinu l-impenn ta’ fejda. Jaħsbu li meta ċediet il-fabbrika kien hemm aktar minn 50 persuna qed jaħdmu fid-diversi sezzjonijiet tal-kumpless.

Il-gazzetta China Daily qalet li l-kaġun tat-traġedja seta’ kien pool enormi li kien inbena fuq is-saqaf tal-fabbrika.

F’Jannar tal-2014, 14 il-ħaddiem kienu mietu fost nirien li ħakmu l-fabbrika taż-żraben ta’ Dadong, fil-belt ta’ Wenling. L-aħħar rapporti ma kkonfermawx jekk il-kollass tal-bini, fil-fatt, setax seħħ ġo l-istess zona industrijali.