Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

IL-ĠURNALI LLUM IS-SIBT 4 TA’ LULJU 2015

IN-NAZZJON titkellem dwar il-ħatra ta’ Sgt. Josette Agius fi ħdan il-Forzi Armati. Ħatra li In-Nazzjon tiddeskrivi bħala oħra ‘Tagħna Lkoll’ hekk kif il-fehma politika ta’ Agius mhuwiex xi sigriet bl-istess Agius minn Lance Bombardier taqbeż ir-rank ta’ Bombardiet sabiex issir Sergeant. In-Nazzjon titkellem ukoll dwar l-appell ta’ l-għaqdiet ambjentali sabiex jirriżenja s-CEO tal-MEPA.

L-ORIŻŻONT, il-ġurnal tal-GWU, minn naħa tiegħu ikompli bl-attakki kontra l-hekk msejħa ‘spjuni’ bi storja oħra tal-ġurnalist Melvic Zammit fuq il-faċċata ta’ dan il-ġurnal.

THE TIMES OF MALTA u THE MALTA INDEPENDENT it-tnejn jiffokaw l-attenzjoni tagħhom fuq dak li seħħ lil Daboma Jack, ir-raġel ta’ karnaġġon skur li spiċċa mgħajjar u arrestat għaliex prova jorganizza queue fil-venda tal-Belt. The Times toħroġ bi storja bit-titlu ‘I want action not words’ filwaqt li The Malta Independent toħroġ storja bit-titlu ‘What made me cry was the clapping when police pinned me to the ground’ biż-żewġ titli jkunu kwotazzjonijiet ta’ kummenti ta’ Jack.