Knisja Lokali

Il-Kurja tħabbar id-dettalji tal-funeral ta’ missier l-Arċisqof

Il-Kurja fi stqarrija ħabbret li l-funeral ta’ Emanuel Scicluna, missier l-Arċisqof Charles Scicluna, se jsir nhar l-Erbgħa 8 ta’ Lulju fil-knisja ta’ Ħal Lija.

Nhar l-Erbgħa, il-korteo funebri se jitlaq fit-3 ta’ wara nofs in-nhar mill-Isptar Mater Dei għall-knisja parrokkjali ta’ San Bastjan f’Ħal Qormi. Hemmhekk issir Quddiesa praesente cadavere li tibda fit-3.30pm.

Wara l-Quddiesa, il-funeral ikompli f’forma privata u ssir id-difna fil-qabar tal-familja fiċ-ċimiterju ta’ Ħal Lija.

Emanuel Scicluna miet fis-sigħat bikrin tal-bieraħ fi sptar f’Ruma fejn kien rikoverat b’urġenza waqt il-pellegrinaġġ tal-familja fl-okkażjoni tal-għoti tal-pallium mill-Papa Franġisku lill-Arċisqof Scicluna. Huwa kellu 85 sena.