Lokali

Il-mibgħut tal-Gvern fil-Pakistan isostni li sar attentat fuq ħajtu

Il-mibgħut tal-Gvern fil-Pakistan, Ahmad Aziz, fl-aħħar jiem kien rikoverat fi sptar f’Lahore, fil-Pakistan, wara li skont hu xi ħadd ivvelenalu l-ikel.

F’messaġġ fuq Facebook, Aziz kiteb hekk: “Ninsab fil-Farooq Hospital, Lahore. Xi ħadd ippropva joqtolni. Xi ħadd tefa’ velenu perikoluż fl-ikel tiegħu biex joqtolni.”

Aziz, li għandu 31 sena, għal xi żmien kien jgħix f’Tas-Sliema, u studja wkoll fl-Universita’ ta’ Malta. Hu nħatar bħala l-mibgħut tal-Gvern fil-Pakistan f’Marzu tal-2012.