Is-servizzi taċ-Channel Tunnel li jservi bħala aċċess ewlieni bejn Franza u r-Renju Unit reġgħu tħarbtu wara li għexieren tal-immigranti ppruvaw jassedjaw it-terminal fl-inħawi ta’ Calais.
Talanqas 150 immigrant daħlu fiz-zoni pprojbiti fuq in-naħa Franċiża taċ-Channel Tunnel, bir-riżultat li s-servizzi waqgħu lura u, f’xi każi, kellhom jieqfu ħesrem.
Kelliema għall-kumpannija Eurotunnel, sadanittant, sejħu għal azzjoni immedjata min-naħa tal-awtoritajiet biex l-aċċess jibqa’ protett u tinstab soluzzjoni għall-kriżi tal-immigranti f’dawn l-inħawi.
Il-kelliema qalu li filwaqt li s-servizzi tal-passiġġieri rritornaw għan-normal kien għad hemm l-intoppi għal trakkijiet mgħobbija bil-kunsinni. Dan waqt li, għat-tieni darba f’ġimgħa, reġa’ fforma serbut twil ta’ trakkijiet fl-M20 ta’ Kent, fl-Ingilterra, man-naħa l-oħra taċ-Channel Tunnel.
//= $special ?>