Il-Pulizija għaddejja b’investigazzjoni interna dwar l-interessi kummercjali tal-Ispettur Roderick Zammit, li jiġi iben l-eks Aġent Kummissarju Ray Zammit u ħu l-eks Spettur tal-Pulizija Daniel Zammit.
Il-ġurnal Times of Malta żvela li l-investigazzjoni bdiet aktar kmieni din il-ġimgħa u l-Ispettur Roderick Zammit ġie trasferit mit-taqsima ta’ kontra l-ħasil tal-flus għall-għassa tal-Pulizija tal-Ħamrun.
L-eks Spettur Daniel Zammit qed jiġi investigat dwar ir-rwol tiegħu bħala l-investigatur prinċipali tal-qtil ta’ Neville Baldacchino, f’Ħal Qormi fl-2008, bis-suspettat ewlieni jkun Stephen Caruana, ir-raġel ta’ bint Joe Gaffarena u oħt Mark Gaffarena.
Hu kien boarded-out għal raġunijiet psikjatriċi fi żmien rekord ta’ erbat ijiem u fil-pront ingħata job ta’ 60,000 ewro fis-sena mal-Enemalta, iżda li ġie terminat hekk kif l-iskandlu ħareġ fil-beraħ.
Daniel Zammit issa qed jaħdem fl-accounting fl-uffiċċju ta’ Mark Gaffarena.
//= $special ?>