Hekk kif għada fil-Greċja jsir ir-referendum dwar il-kundizzjonijiet li qed jiġu imposti bħala parti mill-pakkett tal-bailout għal dan il-pajjiz, il-komunita’ Griega f’Malta nġabret f’dimostrazzjoni l-Belt Valletta b’solidarjeta’ mal-Griegi li għada se jsemmgħu leħinhom dwar il-kriżi li għaddejja f’dan il-pajjiż.
Fi sfond ta’ mużika Griega u kartelluni favur vot LE fil-pajjiż, il-komunita’ Griega ngħaqdet mal-Moviment Graffiti quddiem il-Parlament fil-Belt Valletta.
Il-kundizzjonijiet tal-bailout jinkludu numru ta’ miżuri li se jaffettwaw, fost oħrajn, il-faxxa tal-ħaddiema fis-soċjeta’ Griega, fosthom b’miżuri li jinkludu aktar tnaqqis fil-pagi u fil-pensjonijiet.
Fuq fomm il-Griegi li jgħixu f’Malta, id-diżappunt għas-sitwazzjoni fil-Greċja.
Il-komunita’ Griega f’Malta qed tappella għal vot LE għaliex skonthom, il-kundizzjonijiet imposti se jkomplu jdgħajjfu l-poplu Grieg.
//= $special ?>