L-Assoċjazzjoni tal-Għaqdiet mhux Governattivi Għawdxin organizzat konferenza globali f’Għawdex dwar Riċerka ta’ Kulturi fil-Gżejjer Żgħar.
Akkademiċi, studenti u riċerkaturi, kif ukoll managers li huma nteressati fil-qasam relatat ma’ gżejjer żgħar attendew għal din il-Konferenza li tagħt spazju lil dawk preżenti biex jagħtu sehemhom fid-dibattitu. L-għan ta’ din il-konferenza kien l-iżvilupp u l-kura tal-lingwa, tal-litteratura, tal-mużika, taż-żfin, tal-folklor u ta’ kulturi fil-midja.
L-organizzatur ta’ din il-konferenza li huwa wkoll segretarju tal-Assoċċjazzjoni tal-Għaqdiet mhux Governattivi, Ryan Mercieca, qal li din hi l-ewwel darba li saret din il-konferenza li laqqet akkademiċi u riċerkaturi minn madwar id-dinja biex jiġu diskussi punti li jolqtu gżejjer żgħar l-aktar Għawdex.
Ryan Mercieca għalaq billi qal li din il-konferenza ser tkun qed toffri diversi idejat sabiex l-isfidi li jaffaċja Għawdex jibdew jissolvu.
//= $special ?>