Lokali

Raġel ikollu jinħareġ minn residenza privata minħabba pakkett suspettuż

Il-bieraħ wara nofs in-nhar il-Pulizija kienet msejħa f’residenza privata fi Triq il-Port Ħieles f’Birżebbuġa hekk kif raġel allegatament kien fil-pusses ta’ pakkett suspettuż.

Il-Pulizija mill-ewwel evakwat l-inħawi bħala prekawzjoni filwaqt li ġew msejħa l-Explosives Ordinance Disposal tal-Forzi Armati sabiex jassistu.

Minn naħa tiegħu r-raġel irrifjuta joħroġ mill-post u kien biss għal ħabta tad-disgħa ta’ filgħaxija li sa fl-aħħar ir-raġel ħareġ mill-post skurtat mill-pulizija fejn mill-ewwel ingħata attenzjoni medika.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar dan il-każ għadhom għadejjin.