Lokali

RITRATTI: Jinġabru €325,010 b’risq id-Dar tal-Providenza waqt Xarabank..il-Maratona tkompli!

Hekk kif il-bieraħ ingħata bidu għall-Maratona Ġbir ta’ Fondi b’risq id-Dar tal-Providenza, maratona li din is-sena wkoll mistennija tkun espressjoni oħra ta’ solidarjetà mill-poplu Malti u Għawdxi mal-persuni b’abbiltajiet differenti, iżda li jeħtieġu assistenza fis-soċjetà, il-programm Xarabank li jixxandar fuq TVM għamel edizzjoni speċjali tal-programm li fiha inġabru fondi b’risq l-istess Dar tal-Providenza.

Programm li fih inġabru €325,010 b’risq id-Dar tal-Providenza li din is-sena qegħda tfakkar ħamsin sena mit-twaqqif tagħha.

Matul il-programm spikkat l-atmosfera ta’ ċelebrazzjoni bil-parteċipazzjoni ta’ numru ta’ personalitajiet u politiċi miż-żewġ naħat tal-kamra li din id-darba minflok marru fuq Xarabank biex jiddibattu marru fuq Xarabank fi rwoli mhux tas-soltu.

Matul il-programm ixxandru wkoll diversi stejjer ta’ familji li ġew bżonn is-servizz tad-Dar tal-Providenza.

Il-Maratona tal-Volleyball li bdiet il-bieraħ hija twila 53 siegħa u tintemm għada.

xarabank dar tal-providenza 3

xarabank dar tal-providenza 4

xarabank dtp 1

xarabank dar tal-providenza 5

xarabank dar tal-providenza 6

xarabank dar tal-providenza 7