Bħalissa l-Unjoni Ewropea qed tinnegozja ftehim mal-Istati Uniti tal-Amerika li għandu jwassal sabiex is-suq Amerikan jinfetaħ għan-negozji fl-Unjoni Ewropea. Dan il-ftehim hu magħruf bħala Transatlantic Trade and Investment Partnership, it-TTIP.
Sabiex dan il-ftehim ikun jinfitijhem aktar mal-qasam tan-negozju inkluż f’pajjiżna, l-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew, f’Malta organizza sessjonijiet ta’ tagħrif flimkien mal-Malta Business Bureau.
L-iskop ta’ dawn is-sessjonijiet hu sabiex ikunu eżaminati l-effetti ta’ dan il-ftehim fuq l-industrija f’pajjiżna dan bis-sehem anke ta’ uħud mill-Membri Parlamentari Ewropej, fosthom Roberta Metsola.
Roberta Metsola f’kumment lil MaltaRightNow.com spjegat kif permezz tat-TTIP jistgħu jinħolqu aktar postijiet tax-xogħol.
Jekk dan il-ftehim ikun iffirmat bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti jista’ jwassal sabiex il-pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea jkunu jistgħu jaffettwaw regoli internazzjonali fejn jidħol is-settur tan-negozju.
//= $special ?>