Quddiem is-sensiela ta’ skandli li l-Gvern Laburista qed jiffaċċja, fosthom dawk tal-Autsralia Hall, ta’ Gaffarena u tal-Cafe’ Premier, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li dan mhux Gvern perfett u li qed jagħmel diversi ‘silly mistakes’.
F’kummenti fuq One Radio, il-Prim Ministru tkellem war il-kriżi tal-Greċja u qal li l-poplu Grieg se jieħu deċiżjoni fil-leġittimità tiegħu li għandu. Hu sostna li l-Greċja spiċċawla l-flus u falliet il-pagamenti li kellha tagġti lill-IMF. L-offerta finanzjarja li fuqha se jkun qed jivvota l-poplu Grieg m’għadhiex hemm u l-UE diġà qed titratta l-mod fuq kif se tingħata għajnuna lill-Greċja.
Il-Prim Ministru qal li fl-aħħar snin il-poplu Grieg bata minħabba l-politiċi li jmexxuh. Min-naħa l-oħra l-Griegi ma jistgħux jistennew flus u għajnuna mingħajr impenn. Hu kkritika wkoll lill-IMF dwar dikjarazzjoni li saret fuq il-pensjonijiet iżda din saret biex ma jkunx hemm żieda fil-VAT u fit-taxxi.
Il-Prim Ministru qal li l-iskop tal-IMF hu biex il-Greċja ma teqrdix l-ekonomia tagħha. Flimkien mal-volontà tal-polu Grieg hemm ukoll il-volontà tal-UE li trid tiddċiedi jekk il-Greċja għandhiex tibqa’ fiż-żona Euro u xi prezz se tħallas il-Greċja biex tiba f’din iż-żona. Joseph Muscat qal li l-fiduċja fil-Greċja ttieklet.
Il-Prim Ministru tkellem dwar il-pensjonijiet f’Malta u qal li Malta tista’ żżid il-pensjonijiet għaliex l-ekonomija qed tikber. Hu sostna li l-pensjonijiet għandhom ikunu sotenibbli u ġusti fejn raġel jew mara li jkunu jaħdmu dejjem fuq il-paga minima jieħdu biss ammont żgħir iżda din issa se tiżdied €30 fix-xhar. Hu qal li se ssir riforma wkoll biex in-nisa romol jirtu l-pensjoni ta’ żwieġhom.
Il-Gvern se jagħti wkoll opportunita lil persuni li għandhom żewġ part time jobs biex il-pensjoni tagħhom jiżdiedu anki għal €700. Joseph Muscat tkellem dwar il-persuni li jinvestu fihom innfushom bil-proposta tkun li l-gvern se jagħti tliet snin kreditu għall-perjodu li jkunu qed jistudjaw. Proposti oħra jinkludu benefiċċji għall-persuni li jkunu qed irabbu lil uliehdom biex ikunu jistgħu jieħdu pensjoni adegwata.
Il-Prim Ministru tkellem dwar is-settur tas-saħħa u qal li Mater Dei hu sptar żgħir u l-pajjiż jeħtieġ sptar ikbar Hu tkellem dwar l-investiment li se jsir fis-settur tas-saħħa bi private public partnership biex l-Isptar San Luqa jerġa’ jinfetaħ u jkun spatr tajjeb daqs Mater Dei. Il-pjan jinkludi li f’Malta jibdew jinġiebu barranin għall-kura f’Malta.
//= $special ?>