Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

Ħarsa lejn il-ġurnali ppubblikati l-Ħadd 5 ta’ Lulju 2015

Il-Mument b’attenzjoni partikolari fuq il-vot li se jittieħed illum fil-Greċja b’rapport intitolat ‘Għajnejn id-dinja fuq il-Greċja’.

MaltaToday b’rapport dwar kif il-fiera ta’ Montekristo m’għandiex permess tal-Pulizija biex issir.

The Times b’rapport dwar kif twaqqfu l-pjanijiet għall-bini ta’ shooting range fil-Mosta.

The Malta Independent b’numru ta’ stejjer fil-faċċata fosthom rapport dwar kif il-Bank Ċentrali Ewropew talab lill-Bank of Valletta biex jispjega miljuni ta’ ewro f’self lill-Air Malta biex tagħmel tajjeb għal telf minn ftehim li għamlet dwar ix-xiri tal-fuel.

ILLUM b’rapport dwar splużjoni fil-propjeta’ u l-mod kif Malta bħalissa qed tirreġistra tkabbir ekonomiku robust ħafna.

It-Torċa b’rapport dwar il-GWU u kif din qed tissaħħaħ fil-membri hekk kif il-ħaddiema kollha tal-Playmobil issa huma rappreżentati mill-GWU.