Il-proġett tax-Shooting Range propost fil-Mosta twaqqaf, skont rapport pubblikat fil-ħarġa tal-lum ta’ The Sunday Times of Malta.
Skont dan il-ġurnal, dan il-proġett twaqqaf mhux minħabba l-oppożizzjoni ta’ diversi gruppi fis-soċjeta’, fosthom mir-residenti Mostin, għal dan il-proġett, iżda peress li l-grupp li kien se jagħmel dan l-iżvilupp m’għaddiex mill-proċess ta’ due diligence li sar. Skont The Times, il-grupp falla mid-due diligence minħabba kunsiderazzjonijiet finanzjarji.
Skont ir-rapport f’The Sunday Times of Malta, issa l-Gvern se jkun qed idur għall-grupp li tefa’ l-aħjar offerta li jmiss għal proġett ieħor fl-istess zona. Skont The Times, il-proġett tat-tieni l-aħjar offerta kien jinkludi l-iżvilupp ta’ dar tal-irtirar b’attivitajiet agrituristiċi.
//= $special ?>