Hekk kif hemm rapporti li l-Interpol ħarġet twissija lill-pajjiżi fil-Mediterran biex ikunu fuq l-allert minħabba possibbilta’ ta’ attakk fir-reġjun mill-ISIS, mis-Sirja l-ISIS ħarġu filmat ta’ eżekuzzjoni pubblika fit-tempju ta’ Palmyra.
Rapporti fil-midja Ingliża qalu li truppi speċjali Ingliżi tal-SAS (Special Air Service) jinsabu fis-Sirja f’ħidma kontra dan il-grupp terroristiku.
Dan bi tħejjija għal possibbilta’ li l-militar Ingliż jibda jattakka mill-ajru l-ISIS anki fis-Sirja fejn huma l-aktar b’saħħithom. S’issa l-militar Ingliża qed jattakk biss l-ISIS fl-Iraq.
Sadattant fil-filmat li nħareġ, 25 suldat Sirjan jidhru jinqatlu fl-amfiteatru ta’ Palmyra quddiem folla nies fosthom tfal.
//= $special ?>