Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

IN-NAZZJON b’ritratt tal-Prim Ministru Grieg jixħet il-vot tiegħu fir-referendum tal-bieraħ fejn il-poplu ivvota ‘le’ għall-miżuri marbuta mal-bailout il-ġdid. Fi storja separata naqraw kif Jose’ Herrera ħasel idejh u ma riedx jikkummenta dwar l-aġir ta’ Michael Falzon fl-iskandlu ta’ Strada Zekka.

THE MALTA INDEPENDENT b’rapport dwar skorta li kellu miegħu l-Prim Ministru Libjan waqt li kien f’pajjiżna l-ġimgħa l-oħra, fejn hu ttieħed għand id-dentist bil-muturi u l-karozzi tal-Pulizija.

L-ORIZZONT bid-dettalji tal-istrajk li ssejjaħ fil-Freeport mill-GWU.

THE TIMES OF MALTA jikkwota lil Joseph Muscat jgħid li l-vot fir-referendum tal-Greċja se jkollu konsegwenzi fuq l-Ewropa kollha.