Futbol Sport

Imut l-eks difensur ta’ Sliema Wanderers – Salvu Bonnici

Tħabbret il-mewt tal-eks difensur ta’ Sliema Wanderers Salvu Bonnici, leġġenda fl-istorja tal-klabb Slimiż.

Salvu tela’ min-nursery ta’ Sliema Wanderers u sa mill-1951 avvanza u lagħab mal-klabb sakemm iddebutta mal-iskwadra ewlenija fil-31 ta’ ottubru 1954 fir-rebħa ta’ 3-1 fuq Hibernians.

Sakemm ħalla l-klabb biex ingħaqad ma’ Żebbug Rangers fl-1967, Salvu lagħab 201 logħba għal Sliema Wanderers. Hu għen lil Żebbuġ għal promozzjoni għall-ogħla diviżjoni fejn lagħab għal żewġ staġuni.

Matul il-karriera tiegħu Bonnici rebaħ 5 kampjonati, 4 FA Trophies, 3 Cassar Cups u 4 Scicluna Cups. Rebaħ ukoll it-Testaferrata Cup, l-MFA League u l-Independence Cup.

Imma fuq kollox rebaħ ukoll il-Quadruple Crown tal-1955-56 u dik tal-1964-64. Intagħżel ukoll mat-tim nazzjonali Malti A u B.