L-Awtorita’ Maltija tal-Konsumatur fl-aħħar jiem irċeviet numru ta’ lmenti mingħand persuni li sfaw bil-kmamar tagħhom infestati bid-dud li ħareġ minn soft toys li jissaħħnu fil-microwave bl-għan li jarmu s-sħana. Fuq Facebook, ġenituri oħra kitbu li hekk kif ħaslu s-soft toys, imtlew bi dbabar kannella.
Jirriżulta li dan iseħħ għaliex soft toys ta’ dan it-tip huma mimlija b’materjal li jixbaħ id-dqieq u l-lavender. Għalhekk, wara ammont ta’ żmien, dawn il-prodotti jsiru bħallikieku għandek pakkett għaġin li tħalla għal żmien twil mhux użat u għalhekk jipproduċi tip ta’ dud.
Dawn il-każi huma komuni anke’ barra minn xtutna tant li fl-aħħar snin dawn is-soft toys saru jimtlew b’materjal sintentiku.
Ritratti: The Salott
//= $special ?>

