Membri tal-Protezzjoni Ċivili ftit tal-ħin ilu kienu nvoluti f’ħidma ta’ tifi tan-nar fil-Mosta wara li plot abbandunat, b’ammont ta’ ħaxix ħażin fih, ħa n-nar.
Huma kienu mgħejuna minn residenti tal-madwar li minn fuq il-bjut tagħhom waddbu wkoll l-ilma bil-pajp biex jassistu fil-ħidma sakemm in-nar ġie kkontrollat.
Fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ.
//= $special ?>

