Lokali

Jinġabru €550,612 b’risq id-Dar tal-Providenza

Il-poplu Malti mill-ġdid wera l-ġenerożita’ tiegħu mad-Dar tal-Providenza hekk kif inġabru €550,612 waqt il-maratona tal-volleyball.
Is-somma tinkludi €332,021 li nġabru nhar il-Ġimgħa waqt il-programm Xarabank kif ukoll €17,000 li nġabru waqt il-programm Mitqlu Deheb li xxandar fuq Net Television. Il-programm kien qed jiġbor għal van speċjalizzat biex jaqdi l-bżonnijiet tat-tfajjel Malick u l-ammonti iktar li nġabru għaddew għand id-Dar tal-Providenza.
Din is-sena, id-Dar tal-Providenza qed tiċċelebra l-50 anniversarju mill-ftuħ tagħha.

11