Lokali

Jirritorna l-platt sħun fuq it-titjiriet tal-Air Malta … iżda issa bi ħlas

Minn nofs dan ix-xahar, il-linja nazzjonali tal-ajru Air Malta se terġa’ tibda tipprovdi l-ikel sħun fuq it-titjiriet tagħha, kif kienet tagħmel qabel, għalkemm din id-darba bi ħlas.

Dan ifisser li l-Air Malta se tmur lura għas-servizz tal-inflight catering, bil-platt sħun mhux se jkun offrut lill-passiġġieri kollha, iżda lil dawk li jkunu ħallsu l-ogħla ammont għall-biljett fuq l-istess titjira.

F’Diċembru li għadda kienet qamet kontroversja dwar is-servizz tal-ikel fuq it-titjiriet tal-Air Malta, hekk kif il-linja nazzjonali tal-ajru kienet ħabbret li b’seħħ mill-1 ta’ Jannar kellu jispiċċa t-tqassim tal-ikel sħun b’xejn fuq l-Air Malta.

Wara din id-deċiżjoni, il-passiġġieri fl-Economy Class bdew jiġu offruti bezzun u nofs litru ilma.