Tifel ċkejken li jgħix qrib il-belt ta’ Wellington, fi New Zealand, għamel żmien inkwetat b”ħolma kerha peristenti’ li kienet tinvolvi raġel li kien qed jixgħel torċ mit-tieqa tal-kamra tas-sodda tiegħu.
Iċ-ċkejken, fil-fatt, kien stenbah mir-raqda għal diversi ljieli konsekuttivi u ilmenta dwar ‘raġel bid-dawl li kien barra t-tieqa ta’ kamartu’. Ommu, għall-bidu, ma ħasbet xejn u sostniet li dan kien kollu frott l-immaġinazzjoni ta’ binha. Iżda hi malajr intebħet li ż-żgħir kien qed jgħid il-verita meta semgħet twerżiqa kbira mill-kamra tas-sodda tiegħu fis-sigħat bikrin ta’ nhar il-Ġimgħa.
L-omm, Melissa Rodrigues, irrakkuntat li ‘hi, dak il-ħin, indunat li kien hemm xi ħaġa ħażina’. Intant, binha indika ‘fejn kien ra lir-raġel’ b’missieru jinnota l-passi tas-saqajn fl-inħawi u l-fatt li l-grada tal-bitħa ta’ barra kienet miftuħa.
Il-pulizija kienet notifikata u l-familja waqqfet surveillance app bl-isem ta’ Salient Eye fuq is-smartphone tagħha. Dan it-tagħmir jippermetti għall-ġbid tar-ritratti mal-iċken moviment li jinqabad fuq is-sensors.
Melissa Rodrigues bagħtet lil binha biex jorqod għand nanntu waqt li hi u żewġha baqgħu imqajjmin fil-lejl ta’ wara waqt li stennew ‘dak li kellu jseħħ’. Għall-ħabta tal-4.40 am, l-app beda jieħu r-ritratti li indikaw xi ħadd barra l-bitħa li kien qed iħejji biex jidħol fil-proprjeta. Il-pulizija imbagħad waslet fuq il-post u bdiet tfittex fl-inħawi, waqt li l-ġenituri ( li kienu fid-dar) setgħu jaraw kollox grazzi għas-Salient Eye.
Ir-riżultat ta’ dan kien li l-pulizija rnexxielha taqbad adolexxenti li hu magħruf mal-awtoritajiet għall-vizzju speċifiku tiegħu fejn jisraq, kontinwament, is-sigaretti mormija.
//= $special ?>