Il-Pulizija qed jinvestigaw il-każ tal-anzjan li miet fil-25 ta’ Ġunju li għadda u li indifen bla ma ħadd ma kien infurmat. Id-difna saret f’temp ta’ 24 siegħa.
Kif ġie żvelat mill-gazzetta il-mument, l-anzjan mill-Marsa li kien imsawwat fl-aħħar ta’ Mejju li għadda fis-Sala Numru 3 tar-Residenza għall-Anzjani San Vinċenz de Paule minn Health Assistant, storja żvelata minn il-mument fil-21 ta’ Ġunju li għadda, miet fil-lejl ta’ bejn nhar l-Erbgħa u l-Ħamis, 24 u 25 ta’ Ġunju li għadda u ndifen 24 siegħa wara mingħajr ma’ qrabatu kienu infurmati bit-telfa tiegħu.
Dalgħodu fil-Parlament, fuq mistoqsija tad-deputat Nazzjonalista Paula Mifsud Bonnici, il-Ministru tal-Familja u s-Solidarjeta’ Soċjali Michael Farrugia qal illi “ma xtaqx jitkellem fuq dawn l-affarijiet li huma privati”.
Il-Ministru imbgħad ta diversi verżjonijiet fuq mistoqsijiet parlamentari suplimentari li qajjmet id-deputat Claudette Buttigieg, fejn ma kienx ċar fir-risposti tiegħu dwar dan il-każ xokkanti.
Wara li l-Ministru Farrugia ikkonferma li għaddejin diversi investigazzjonijiet dwar allegazzjonijiet ta’ swat fuq anzjani f’San Vincenz de Paul, Paula Mifsud Bonnici saqsiet ukoll x’qed isir mill-Ministeru u mit-tmexxija ta’ San Vincenz biex dawn l-abbużi jieqfu illum qabel għada. Mistoqsi dwar kemm hemm każi pendenti li dwarhom hemm investigazzjoni għaddejja, il-Ministru talab lil Claudette Buttigieg li għandha tagħmel mistoqsija bil-miktub.
//= $special ?>

