Lokali

Aġġornata bil-filmat : Tisraqilha l-portmoni minn ħanut f’Tas-Sliema

Mara qed tappella lill-pubbliku biex tkun identifikata din it-tfajla, li allegatament serqitilha l-portmoni minn ħanut f’Tas-Sliema.

Jirriżulta li waqt li l-vittma kienet qed tipprova żarbun fil-ħanut stess, poġġiet il-handbag ħdejha. Iżda kif rat hekk, it-tfajla fetħitilha l-basket u serqitilha l-portmoni.

B’hekk, il-mara qed tappella biex jekk xi ħadd jista’ jidentifika lil din it-tfajla, jagħmel kuntatt mal-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali.

serqa sliema