Lokali

Ċiniża tammetti li ppruvat ixxaħħam uffiċjal tal-Pulizija

Ċiniża illum tressqet il-qorti u kienet akkużata li lbieraħ ppruvat ixxaħħam Uffiċjal tal-Pulizija fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Iċ-Ċiniża, li għandha tletin sena, nżammet milli tidħol f’Malta u sussegwentament rrifjutat titla’ fuq titjira lura. Hekk kif issejħet l-assistenza tal-Pulizija mis-Sezzjoni tal-Immigrazzjoni, ċ-Ċiniza talbet biex tmur il-kamra tal-banju, fejn kienet skortata.

Hemmhekk, hi daħlet f’cubicle, minn fejn ħarġet ftit tal-ħin wara b’mazz flus tal-karti f’idha u ppruvat iddaħħalhom fil-but tal-uffiċjal mara li kien hemm għassa tagħha.

Iċ-Ċiniża ammettiet l-akkuża kontriha u ngħatat sentenza ta’ sentejn priġunerija sospiżi għal erba’ snin, removal order u l-konfiska ta’ €1,500.