Raġel fl-aħħar jiem daħal f’ħanut tal-fwieħa f’Raħal il-Ġdid, ħareġ bi flixkun tal-fwieħa li rnexxielu jisraq, kif ukoll €50 fi flus kontanti.
Wara li r-raġel dar mal-ħanut u ħa flixkun tal-fwieħa li ma ħallasx għalih, resaq lejn il-sales girl, u uża tattika popolari fejn qatta’ xi ħin ibiddel il-karti tal-flus biex fixkel lill-ħaddiema u spiċċa b’€50 minn fuq.
Jirriżulta li l-istess raġel uża l-istess tattika f’numru ta’ ħwienet oħra fil-Main Street Complex ta’ Raħal Ġdid. Oħrajn komplew li l-istess raġel seraq minn kafetterija minn Ħal Qormi sentejn ilu.