Lokali

FILMAT: Tingħata l-aħħar tislima lil missier l-Arċisqof Charles Scicluna

Illum wara nofsinhar sar il-funeral ta’ missier l-Arċisqof Charles Scicluna, Emanuel, li miet nhar il-Ħamis li għadda fl-eta’ ta’ 85 sena.

Il-funeral tmexxa’ mill-istess Arċisqof, li waqt l-omelija rringrazzja lil Alla, f’isem il-familja tiegħu, għal missieru, għaliex qal li grazzi għalih qarreb lill-familja lejn Alla.

Għall-funeral attendew l-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż fosthom il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca u Presidenti emeriti, il-Prim Ministru Joseph Muscat, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, deputati miż-żewġ naħat tal-kamra, ambaxxaturi u wkoll mexxejja reliġjużi differenti, inkluż l-Imam Mohammed el Sadi.