Lokali Parlament

Il-Greċja trid turi responsabbiltà akbar u m’għandu jinħafer ebda dejn – Il-Kap tal-Oppożizzjoni

Messaġġi komuni mill-Gvern u l-Oppożizzjoni

Il-Gvern u l-Oppożizzjoni wasslu messaġġi komuni u fuq l-istess binarji – dak li l-Greċja trid turi responsabbiltà akbar u li m’għandu jinħafer ebda self bil-poplu Grieg ukoll irid jagħmel is-sagrifiċċji fil-kriżi li jinsab fiha l-poplu Grieg.

Meta llejla kienu diskussi l-aħħar żviluppi fil-kriżi fil-Greċja wara s-summit li tlaqqa’ din il-ġimgħa wara r-referendum tal-Ħadd li għadda, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil qal li wara r-referendum tal-Ħadd li għadda, il-poplu tkellem ċar kontra, u qal le għall-kudnzzjonijiet li offriet l-UE fosthom Malta.

Filwaqt li saħaq li l-Greċja għandha kull dritt li titkellem u tieħu d-deċiżjonijiet, il-kelma tal-poplu Grieg torbot biss lill-Gvern Grieg u mhux lil Malta u lill-pajjiżi 28 pajjjiż tal-Unjoni Ewropea.

Fisser is-sitwazzjoni wara r-referendum bħala bla preċedent, u li l-pass li jkun imiss issa hu li dan il-pajjiż joħroġ miz-zona Ewro, għalkemm dan l-Oppożizzjoni ma tixtiqux.

Appell lill-Prim Ministru biex jirdoppja l-isforzi biex iħares l-interessi nazzjonali
Simon Busuttil saħaq li rridu naraw l-impatt fuqna u appella lill-Prim Ministru biex jirdoppja l-isforzi biex iħares l-interessi nazzjonali. L-Oppożizzjoni hi wara l-Gvern Malti u wara l-Kunsill Ewropew. Temmen ukoll li mas-solidarjetà mal-Greċja, għandu jun hemm ir-responsabbiltà.

Fakkar li meta fl-2010 Malta tat l-għajnuna lill-Greċja, il-Griegi kienu aktar sinjuri mill-poplu Malti iżda llum li waqa’ l-poplu Grieg, il-Maltin issa aġna aħjar minnhom.

Bħala eżempju kif Malta għenet lill-Greċja minkejja li l-qagħda ekonomika tal-Greja kienet aħjar minn ta’ Malta, Simon Busuttil semma li l-paga mininima kienet ta’ €665 f’Malta u fil-Greċja kienet ta’ €877. Tajna għajnuna mnkejja li teknikament il-Greċja kienet aktar avvanzata.

Fakkar ukoll li Malta għamlet sagrifiċċji kbar biex dħalna fiz-zona ewro u għaddejna wkoll mir-riċesjsoni ekonomika dinjija, u llum bqajna nibnu l-ekonomija tagħna bħ’afna wkoll sagrifiċċji.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li bħalma aħna għamilna ħafna s-sagrifiċċji, il-Greċja wkoll trid tagħmel is-sagrifiċċji tagħha. Semma wkoll li sal-lum stess, għad hemm pajjiżi li huma ifqar mill-Greċja bħalma huma l-Bulgarija, il-Kroazja, il-Latvja, il-Polonja u r-Rumanija.

Id-Deputat Nazzjonalista Tonio Fenech, qal li l-Oppożizjzoni temmen li jintbagħat messaġġ importanti li l-UE hi għaqda ta’ pajjiżi konsistenti u kredibbli u ma tistax tiġi bullied minn pajjiż wieħed. Semma li pajjiżi oħrajna bħalma għamlu ħafna sagrifiji, bħalma huma l-Portugall, l-Irlanda u Ċipru.

L-UE jeħtieġ li żżomm sod mal-Greċja
Wissa li jista’ jikkollassa l-prinċipju tal-UE jekk l-Ewropa ma żżommx mal-prinċipji fudamentali mal-Greċja, li jrid iżomm il-kelma tiegħu bir-riskji kollha tagħha.

Appella biex l-Ewropa tibda tiktellem fuq pjan ieħor jekk iridu s-swieq ma jippanikkjawx. Dan biex l-Ewropa jkollha risposta għal kull eventwalità.

Il-Viċi Kap tal-Oppożizzjoni għall-Ħidma fil-Parlament, Mario de Marco, qal li qed naraw messaġġ wieħed mill-Parlament dwar il-mandat li jingħata lill-Prim Ministru tal-Gvern Malti biex jinnegozja l-proposti mal-Gvern Grieg.

Semma li l-ekonomija Maltija hi mħassba dwar x’jiġri jekk id-diskussjonjiet ifallu u tfalli wkoll il-Greċja. Staqsa x’jiġri mid-dejn li għandha l-Greċja ma’ Malta u x’impatt jista’ jkun hemm f’każ ta’ falliment. Staqsa wkoll jekk sarux studji dwar dan u jekk saru, jistax il-Gvern jippubblka dawn l-istudji.

Id-Deputat Nazzjonalista Kristy Debono staqsiet jekk hemmx breakdown finanzjarju ta’ dak li nistgħu nitiflu meta qed jissemma €180 miljun; jekk hemmx negozji Maltin fil-Greċja li jkollhom impatt u jekk hemmx negozji Maltin u laqgħat magħhom; u jekk hemmx pjan ieħor għal dawn il-kumpaniji.

L-uniku Parlament li dejjem ivvota b’mod unanimu dwar il-kriżi fil-Greċja
Il-Prim Ministru Muscat qal li hu l-uniku Parlament f’Malta li dejjem ivvota b’mod unanimu u saħaq li dejjem kien kategoriku li l-Gvern ma jaqbilx li jinħafer id-dejn iżda lest li jkun flessibbli.

Irrimarka li l-Prim Ministru Grieg hu politiku imprevedibbli u jieħu passi li ħadd ma kistenna meta jilgħab u jinnegozja bil-futur tal-poplu tiegħu.

Semma li l-akbar periklu s’issa, minbarra dak ekonomiku, hu dak politiku għaliex iz-zona ewro tidħol f’riskju bil-falliment tal-Greċja. Biża’ oħra hi li dan kollu jista’ jintuża minn xi wħud biex jiġi impost xi mekkaniżmu Ewropew fuq il-pajjiżi kollha Ewropej, u li dan Malta mhix se taċċetta.

Tkellem ukoll dwar l-attitudni tal-IMF, b’deċiżjoni strateġika kif tinnegzja mal-Greċja – dik li tistenna sal-Ħadd li ġej wara r-referendum. Irirmarka wkoll li l-IMF ma kinitx preżenti fis-summit ta’ din il-ġimgħa.

Self ta’ €170 miljun lill-Greċja
Semma wkoll li l-Kummssjoni Ewropea għandha pjan dwar il-ħruġ tal-Greċja mill-Ewropa – liema pjan ma kienx hemm diskussjoni dwaru.
Ikkonferma li l-flus li Malta sellfet hu ta’ €170 miljun, u għaliex l-ekonomija Maltija kibret, il-flus għadhom l-istess u l-exposure naqas mhux żdied.

Il-Prim Ministru fisser ukoll li jekk il-Greċja tfalli, il-flus ma jintilfux, għalkemm ammetta li se tkun aktar diffiċli li nieħdu l-flus.

Il-Gvern Malti mhux qed jara ċirkustanza fejn Malta terġa’ toħroġ il-flus mil-but, u jekk ikun hemm self, irid ikun mill-European Stability Mechanism.

Il-Prim Ministru temm jappella biex nittrankwillizzaw in-nies