Internazzjonali

It-Tuneżija se tibni ħajt tul il-fruntiera Libjana

Il-Gvern Tuneżin ħabbar li kien se jibni ħajt tul il-fruntiera mal-Libja. Dan wara sensiela ta’ attakki terroristiċi fil-pajjiż minn terroristi li ġew mil-Libja.
Il-ħajt mistenni jkopri terż tal-fruntiera ta’ madwar 400 kilometru bejn it-Tuneżija u l-Libja u skont il-Prim Ministru Tuneżin Habib Essid dan mistenni jitlesta sa tmiem is-sena. Imma l-istess Essid wissa li wieħed jipproteġi fruntiera daqshekk twila kien se jkun diffiċli.