Xufier ta’ karozza tal-linja lbieraħ filgħaxija waqaf fuq stage fil-Ħamrun u stenna għal madwar żewġ minuti sakemm turist niżel jaqdi l-bżonnijiet tiegħu ma’ pilastru ta’ bar li jinsab fi Triq il-Kbira San Ġużepp.
Il-każ seħħ ftit qabel il-23.30, meta tal-linja rotta S50 kienet qed twassal għexieren ta’ persuni mill-Isle of MTV lejn ir-Rabat, l-Imtarfa u Ħad-Dingli.
F’ħin minnhom, it-turist mar ħdejn ix-xufier, qallu li għandu bżonn jinżel jaqdi l-bżonnijiet tiegħu, u quddiem karozza tal-linja mimlija nies beda jaqdi l-bżonnijiet ma’ pilastru ta’ bar. L-istess turist ħa l-ħin tiegħu tant li x-xufier tal-karozza tal-linja beda jpaqpaqlu biex jirritorna għax kien għaddej il-ħin.
//= $special ?>