Internazzjonali

Sħana fatali fl-Italja

Tal-anqas disa’ persuni kienu konfermati li mietu minħabba s-sħana kbira li qed taħkem l-Italja.
Tul dawn l-aħħar ħamest ijiem, diversi partijiet tal-Italja raw temperaturi ta’ madwar 40 grad Celsius.
F’Torino, matul il-lejl bejn it-Tlieta u l-Erbgħa kienet reġistrata temperatura ta’ 26 grad Celsius. Diversi partijiet tal-Ewropa bħalissa huma maħkuma minn sħana kbira u fil-Ġermanja kienet reġistrata l-ogħla temperatura qatt reġistrata.
F’Valencia fi Spanja, kienet reġistrata temperatura ta’ kważi 46 grad Celsius – ogħla f’dawn l-aħħar tliet snin u għad-differenza tal-Italja, is-sħana hawn mistennija tkompli sa tmiem il-ġimgħa. Minħabba s-sħana kbira diġa kien hemm diversi nirien kbar fil-kampanja Spanjola kif ukoll fil-Portugall.