Lokali

Żiemel jitniżżel il-baħar qalb familji u tfal

MaltaRightNow.com irċieva ritratt ta’ żiemel li tniżżel il-baħar f’Baħar iċ-Ċagħaq qalb numru kbir ta’ familji u tfal li dak il-ħin kienu qed jgħumu fiż-żona.

Il-persuna li bagħtet ir-ritratt lil MaltaRightNow.com saħqet hi ċemplet il-Pulizija fl-għassa tan-Naxxar, li min-naħa tagħhom qalulha li ma kellhomx Pulizija li setgħu jibgħatu fil-post.

Il-persuna ilmentat li mhux sew li żwiemel jitniżżlu l-baħar, partikolarment fid-dawl ta’ regoli li jeżistu dwar kif l-anqas klieb ma jistgħu jitħallew jitniżżlu l-baħar f’ċerti bajjiet f’Malta u Għawdex.