Internazzjonali

Berlusconi jinstab ħati ta’ tixħim

L-eks-Prim Ministru Taljan, Silvio Berlusconi, instab ħati dwar tixħim ta’ senatur li kien seħħ bħala attentat biex jitwaqqa’ l-Gvern preċedenti taċ-Ċentru-Xellug.
Il-każ imur lura għall-2006, b’qorti fil-belt ta’ Napli, issa, tikkundanna lil Berlusconi għal tliet snin ħabs. Silvio Berlusconi, li kien Prim Ministru Taljan għal erba’ darbiet fil-karriera politika tiegħu, hu wkoll ipprojbit milli jżomm kariga pubblika għal ħames snin.
Iżda Silvio Berlusconi mhux se jkollu jiskonta s-sentenza peress li aktar ’il quddiem din is-sena, jidħol fis-seħħ statut ta’ preskrizzjoni qabel jista’ jitressaq kwalunkwe appell.