Lokali

Ġunju aktar frisk; xorta waħda jġib miegħu ammont rekord ta’ dawl tax-xemx

Ix-xahar ta’ Ġunju ta’ din is-sena ta lis-sajf f’Malta bidu aktar frisk mis-soltu. It-temperatura togħla: Minn 15.4°C fl-1 ta Ġunju għal 30°C fit-30 ta’ Ġunju madanakollu 353.8 siegħa ta’ dawl tax-xemx irrekordjati, li hu aktar min-norma ta’ 328 siegħa.

Ġunju li għadda kien aktar frisk u aktar bir-riħ mis-soltu, b’persentaġġ ogħla t’umdità minn dak li huwa s-soltu mistenni f’dan iż-żmien tas-sena. Madankollu, il-Maltin xorta gawdew 353.8 siegħa xemx, 25 siegħa aktar min-normal.

Il-ġranet raw medja ta’ 11.8-il segħa xemx kuljum, bil-ġranet l-aktar xemxin (l-10 u s-27) igawdu 13.3-il siegħa xemx il-wieħed, filwaqt li l-aktar ġurnata mdallma (it-13) kellha 8.2 sigħat xemx.

It-temperatura tal-baħar ukoll kellha medja ogħla min-normal ta’ 21.5°C, u minflok telgħat għal 22.2°C. L-aktar temperatura għolja li ntlaħqet kienet ta’ 23.5°C, filwaqt li l-aktar waħda baxxa kienet 19.0°C.

Ġunju ta’ din is-sena kien aktar mirjieħ mis-soltu. L-akbar buffura ta’ riħ irrekordjata Malta kienet ta’ 38 mil nawtiku mill-Majjistral għat-Tramuntana fit-18 ta’ Ġunju. Il-veloċità medja tar-riħ qamet għal 8.2 mili nawtiċi, li huwa ogħla mill-medja klimatika ta’ 7.6 mili nawtiċi,bl-aktar direzzjoni frekwenti tkun mill-Majjistral. Riħ ħafif laqgħat il-gżejjer tagħna 71% tal-ħin, filwaqt li rwiefen varjati nefħu 8% tal-ħin.

Ix-xahar li għadda kien aktar umdu u msaħħab mis-soltu. Ġunju ġab miegħu medja aktar għolja ta’ umdità, dik ta’ 72% meta kkumparat mal-medja kilmatika ta’ 68%. Il-kopertura medja tas-sħab kienet ta’ 2.4 oktas, 0.4 oktas aktar mis-soltu.

Ġunju ra anqas preċipitazzjoni milli kien mistenni; b’0.2mm biss irreġistrati madwar Malta u Għawdex kollu fit-23 ta’ Ġunju, meta l-ammont klimatiku medju għax xahar kien ta’ 4.0mm.

Ma kien hemm l-ebda rapport ta’ ragħad matul ix-xahar kollu, b’każ wieħed biss ta’ ċpar li seħħ fil-25 ta’ Ġunju. Fl-għodwa ta’ dik il-ġurnata, il-viżibilta` f’Ħal-Luqa niżlet għal 150 metru.

It-temperaturi f’Ġunju telgħu għal medja ta’ 23.6°C, 0.3°C anqas mit-temperatura tas-soltu ta’ 23.9°C. L-aktar temperatura baxxa kienet ta’ 15.4°C fl-ewwel tax-xahar, filwaqt li l-aktar temperatura għolja kienet ta’ 30°C fl-aħħar ġurnata tax-xahar.

Fuq kollox, 18-il ġurnata f’Ġunju kellhom temperaturi aktar għoljin mis-soltu. L-iktar temperatura baxxa fuq il-livell tal-art kienet ta’ 11.4°C li kienet reġistrata fl-1 ta’ Ġunju.

L-ogħla temperatura qatt irreġġistrata f’dan iż-żmien tas-sena kienet fit-13 ta’ Ġunju tal-1997, meta t-temperatura kienet telgħet għal 40.1°C. L-aktar temperatura baxxa qatt irreġġistrata kienet ta’ 12.6°C fis-7 ta’ Ġunju, 1975.