Lokali

Il-famuż SPED se jġib lok għal abbuż

Il-liġi magħrufa bħala SPED se ġġib magħha interpretazzjoni vaga ħafna, bir-riżultat li nħolqu loopholes konvenjenti. Dawn se jġibu magħhom abbuż.

Hekk ikkummentat l-għaqda ambjentali Flimkien għal Ambjent Aħjar b’reazzjoni għall-iSPED li għadda mill-Parlament ilbieraħ. L-FAA qalet li din il-liġi timmarka pass ieħor lejn il-qerda ambjentali, b’detriment għall-ekonomija, it-turiżmu u s-saħħa pubblika.

Fl-istqarrija fl-FAA ċaħdet dak li qal il-Gvern Laburista, u insistiet li l-iSPED ma jinkludix l-oġġezzjonijiet li ressqu l-għaqdiet ambjentali.