It-Taqsima Port u Trasport fi ħdan il-Union Ħaddiema Magħqudin (UĦM) ċaħad b’mod kategoriku l-għajdut qarrieqi li qed idur fil-Malta Freeport Corporation.
Fi stqarrija, il-UĦM ċaħdet li qed taqbel, jew għandha xi ħsieb li taqbel, li jerġgħu jinbidlu l-ħinijiet ta’ dawn il-ħaddiema għal dawk antiki.
Il-UĦM fakkret li kienet hi li ħadmet qatigħ biex irnexxielha tinnegozja l-ħinijiet kurrenti għall-vantaġġ tal-ħaddiema. Għalhekk ma tistax tifhem għaliex hemm min qed jitfa’ dan it-tajn lejn il-UĦM u jinżraw id-dubji dwar l-integrità tal-Union.
Il-UĦM wegħdet li ma tinnegoza l-ebda tibdil u ma tilħaq l-ebda ftehim mal-Management, dwar l-ebda kwistjoni, qabel ma ssir diskussjoni u jkun hemm l-approvazzjoni mill-ħaddiema konċernati.
//= $special ?>

