Lokali

Aġġornata: Jinqata’ jew jitbaxxa d-dawl f’bosta żoni madwar Malta

Numru ta’ persuni li jgħixu f’bosta żoni madwar Malta qed issofru qtugħ fid-dawl għal numru twil ta’ ħin, jew inkella jitbaxxa għal xi ftit sekondi.

L-aktar żoni li ġew affetwati huma dik ta’ madwar Birkirkara (anke s-Swatar u Ta’ Paris), Ħal-Balzan, Ħ’Attard, u kif ukoll dik tal-Imqabba, Qrendi u Ħal-Għaxaq.

In-nies li kkuntatjaw lil dan il-portal qalulna li d-dawl ilu jinqata’ jew jitbaxxa minn waranofsinhar u qed jinkwetaw għall-ħsara li dan jista’ jagħmel lill-apparat tad-dar tagħhom.

Aktar dettalji l-quddiem.